Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 174 tat-3 ta’ Ġunju 2020)
- Identifier:
- 32020R0689R(02)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 174 tat-3 ta’ Ġunju 2020 )
F’paġna 306, fl-Anness V, il-Parti IV, it-Taqsima 1,minflok: L-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle (NDV) mingħajr tilqim fil-popolazzjoni ta’ pollam u ta’ għasafar miżuma tal-ispeċi Galliformes jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona jekk tal-anqas matul l-aħħar 12-il xahar: (a) it-tilqim kontra l-infezzjoni bl-NDV fil-pollam u fl-għasafar miżmuma tal-ispeċi Galliformes ikun ġie pprojbit;(b) l-ebda pollam u għasfur miżmum tal-ispeċi Galliformes imlaqqam kontra infezzjoni bl-NDV ma jkun inżamm fi stabbilimenti li jżommu pollam jew għasafar miżmuma tal-ispeċi Galliformes ;(c) twettqu r-rekwiżiti ta’ sorveljanza ġenerali skont il-punt (a) tal-Artikolu 3(1) għad-detezzjoni bikrija tal-infezzjoni bl-NDV;(d) ikun applika wieħed mir-reġimi ta’ ttestjar li ġejjin:(i) l-istabbilimenti kollha li jżommu pollam tat-tnissil ikunu ġew ittestjati għall-preżenza ta’ antikorpi kontra l-infezzjoni bl-NDV b’riżultati negattivi, fuq kampjuni tad-demm minn tal-anqas 60 għasfur magħżula b’mod aleatorju minn kull stabbiliment u ttestjati seroloġikament b’test tal-inibizzjoni tal-Emagglutinazzjoni (HI); jew(ii) sar stħarriġ fuq kampjun rappreżentattiv ta’ stabbilimenti li tal-anqas ikollu l-kapaċità li jidentifika, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, l-infezzjoni b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 1 % fl-istabbilimenti tal-pollam u b’rata ta’ prevalenza fi ħdan l-istabbilimenti ta’ 10 % ta’ għasafar seropożittivi; u (e) ma jkun ġie kkonfermat l-ebda każ ta’ infezzjoni bl-NDV fil-pollam u fl-għasafar miżmuma tal-ispeċi Galliformes .,aqra: L-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim L-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle (NDV) mingħajr tilqim fil-popolazzjoni ta’ pollam u ta’ għasafar miżuma fil-magħluq tal-ispeċi Galliformes jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona jekk tal-anqas matul l-aħħar 12-il xahar: (a) it-tilqim kontra l-infezzjoni bl-NDV fil-pollam u fl-għasafar miżmuma fil-magħluq tal-ispeċi Galliformes ikun ġie pprojbit;(b) l-ebda pollam u l-ebda għasafar miżmuma fil-magħluq tal-ispeċi Galliformes imlaqqma kontra l-infezzjoni bl-NDV ma nżammu fi stabbilimenti li jżommu pollam jew għasafar miżmuma fil-magħluq tal-ispeċi Galliformes ;(c) twettqu r-rekwiżiti ta’ sorveljanza ġenerali f’konformità mal-Artikolu 3(1)(a) għad-detezzjoni bikrija tal-infezzjoni bl-NDV;(d) ikun applika wieħed mir-reġimi ta’ ttestjar li ġejjin:(i) l-istabbilimenti kollha li jżommu pollam tat-tnissil ikunu ġew ittestjati għall-preżenza ta’ antikorpi kontra l-infezzjoni bl-NDV b’riżultati negattivi, fuq kampjuni tad-demm minn tal-anqas 60 għasfur magħżula b’mod aleatorju minn kull stabbiliment u ttestjati seroloġikament b’test tal-inibizzjoni tal-Emagglutinazzjoni (HI); jew(ii) sar stħarriġ fuq kampjun rappreżentattiv ta’ stabbilimenti li tal-anqas ikollu l-kapaċità li jidentifika, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, l-infezzjoni b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 1 % fl-istabbilimenti tal-pollam u b’rata ta’ prevalenza fi ħdan l-istabbilimenti ta’ 10 % ta’ għasafar seropożittivi; u (e) ma jkun ġie kkonfermat l-ebda każ ta’ infezzjoni bl-NDV fil-pollam u fl-għasafar miżmuma fil-magħluq tal-ispeċi Galliformes .;
F’paġna 306, fl-Anness V, il-Parti IV, it-Taqsima 2, il-punt 3,minflok: 3. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-NDV mingħajr tilqim mogħti lil Stat Membru jew lil żona ma jkunx affettwat mill-konferma tal-infezzjoni f’popolazzjoni ta’ għasafar oħra, dment li l-awtorità kompetenti tkun ivvalutat, b’kunsiderazzjoni tal-implimentazzjoni tal-miżuri neċessarji kollha għall-prevenzjoni tat-trażmissjoni tal-infezzjoni bl-NDV għall-pollam u għall-għasafar miżmuma tal-ispeċi Galliformes , li l-istat ma ġiex kompromess.,aqra: 3. L-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-NDV mingħajr tilqim mogħti lil Stat Membru jew lil żona ma jkunx affettwat mill-konferma tal-infezzjoni f’popolazzjoni ta’ għasafar oħra, dment li l-awtorità kompetenti tkun ivvalutat, b’kunsiderazzjoni tal-implimentazzjoni tal-miżuri neċessarji kollha għall-prevenzjoni tat-trażmissjoni tal-infezzjoni bl-NDV għall-pollam u għall-għasafar miżmuma fil-magħluq tal-ispeċi Galliformes , li l-istat ma ġiex kompromess..
F’paġna 221, fl-Artikolu 2, il-punt 23,minflok: (23) qatgħa tfisser il-pollam jew l-għasafar miżmuma kollha tal-istess stat ta’ saħħa li huma miżmuma fl-istess bini jew fl-istess spazju magħluq u li jikkostitwixxu unità epidemjoloġika waħda; pollam miżmum f’bini jinkludi l-għasafar kollha li jaqsmu l-istess spazju tal-ajru;,aqra: (23) qatgħa tfisser il-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq kollha tal-istess stat ta’ saħħa li huma miżmuma fl-istess bini jew fl-istess spazju magħluq u li jikkostitwixxu unità epidemjoloġika waħda; pollam miżmum f’bini jinkludi l-għasafar kollha li jaqsmu l-istess spazju tal-ajru;;