Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/691 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għal stabbilimenti tal-akkwakultura u trasportaturi ta’ annimali akkwatiċi (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 174 tat-3 ta’ Ġunju 2020)
- Identifier:
- 32020R0691R(02)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/691 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għal stabbilimenti tal-akkwakultura u trasportaturi ta’ annimali akkwatiċi (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 174 tat-3 ta’ Ġunju 2020 )
F’paġna 346, fil-premessa (9), l-aħħar sentenza:minflok: Tipi oħrajn ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura fejn jenħtieġ li jittaffa r-riskju tat-tixrid tal-mard permezz tar-rekwiżit għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti huma l-istabbilimenti ta’ kwarantina, l-istabbilimenti li jżommu speċijiet li jġorru l-vetturi iżolati sa dak iż-żmien li ma jibqgħux jitqiesu bħala vetturi, u bastimenti u postijiet mobbli oħrajn fejn l-annimali tal-akkwakultura jiġu ttrattati jew jgħaddu minn proċeduri oħrajn relatati mat-trobbija., aqra: Tipi oħrajn ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura fejn jenħtieġ li jittaffa r-riskju tat-tixrid tal-mard permezz tar-rekwiżit għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti huma l-istabbilimenti ta’ kwarantina, l-istabbilimenti li jżommu speċijiet vetturi iżolati sa dak iż-żmien li ma jibqgħux jitqiesu bħala vetturi, u bastimenti u postijiet mobbli oħrajn fejn l-annimali tal-akkwakultura jiġu ttrattati jew jgħaddu minn proċeduri oħrajn relatati mat-trobbija..
F’paġna 372, fl-Anness I, il-Parti 9, it-titolu:minflok: Ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni tal-istabbilimenti tal-akkwakultura li jżommu annimali tal-akkwakultura ta’ speċijiet ta’ vetturi f’iżolament, sakemm dawn ma jibqgħux jitqiesu bħala vetturi, kif imsemmi fl-Artikolu 16 , aqra: Ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni tal-istabbilimenti tal-akkwakultura li jżommu annimali tal-akkwakultura ta’ speċijiet vetturi f’iżolament, sakemm dawn ma jibqgħux jitqiesu bħala vetturi, kif imsemmi fl-Artikolu 16 .
F’paġna 377, fl-Anness II, il-Parti 1, il-punt (b), l-inċiż (ii):minflok: (ii) l-ispeċijiet elenkati msemmija fir-raba’ kolonna tat-tabella stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882; iżda dawk l-ispeċijiet elenkati jridu jkunu f’kuntatt mal-ispeċijiet elenkati msemmija fit-tielet kolonna ta’ dik it-tabella sabiex jiġu kklassifikati bħala speċijiet ta’ vetturi, u dak il-kuntatt ma jkunx seħħ.,aqra: (ii) l-ispeċijiet elenkati msemmija fir-raba’ kolonna tat-tabella stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882; iżda dawk l-ispeċijiet elenkati jridu jkunu f’kuntatt mal-ispeċijiet elenkati msemmija fit-tielet kolonna ta’ dik it-tabella sabiex jiġu kklassifikati bħala speċijiet vetturi, u dak il-kuntatt ma jkunx seħħ..