Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 174 tat-3 ta’ Ġunju 2020)

Identifier:
32020R0692R(05)
Status:
effective
Text language:
mt

Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 174 tat-3 ta’ Ġunju 2020 )

F’paġna 388, fil-premessa 86, it-tieni sentenza:minflok: Il-lista tinkludi wkoll lista ta’ speċijiet ta’ vetturi, li hija stabbilita fil-kolonna 4 tat-tabella fl-Anness ta’ dak ir-Regolament., aqra: Il-lista tinkludi wkoll lista ta’ speċijiet vetturi, li hija stabbilita fil-kolonna 4 tat-tabella fl-Anness ta’ dak ir-Regolament..

F’paġna 520, fl-Anness XXX, fit-tielet kolonna Kundizzjonijiet li fihom l-ispeċijiet ta’ annimali akkwatiċi elenkati fil-kolonna 4 tat-tabella tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal- Kummissjoni (UE) 2018/1882 jitqiesu bħala vetturi, ir-raba’ ringiela:minflok: Ebda speċi ta’ vetturi elenkata għall-infezzjoni bil-virus tal-anemija infettiva tas-salamun bi tħassir f’reġjun polimorfiku ħafna (HPR), aqra: Ebda speċi vettur elenkata għall-infezzjoni bil-virus tal-anemija infettiva tas-salamun bi tħassir f’reġjun polimorfiku ħafna (HPR).

F’paġna 520, fl-Anness XXX, fit-tielet kolonna Kundizzjonijiet li fihom l-ispeċijiet ta’ annimali akkwatiċi elenkati fil-kolonna 4 tat-tabella tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal- Kummissjoni (UE) 2018/1882 jitqiesu bħala vetturi, il-ħames ringiela:minflok: L-ebda speċi ta’ vetturi elenkata għall-Mikrocytos mackini., aqra: L-ebda speċi vettur elenkata għall-Mikrocytos mackini..