Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 174, tat-3 ta’ Ġunju 2020)
- Identifier:
- 32020R0692R(07)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 174, tat-3 ta’ Ġunju 2020 )
Fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 kollu,minflok: għasafar miżmuma, aqra: għasafar miżmuma fil-magħluq;
F’paġna 423, fl-Artikolu 60, il-frażi introduttorja,minflok: L-operaturi tal-istabbiliment ta’ kwarantina għall-għasafar miżmuma msemmija fl-Artikolu 59 għandhom, aqra: L-operaturi tal-istabbiliment ta’ kwarantina għall-għasafar miżmuma fil-magħluq imsemmija fl-Artikolu 59 għandhom;
F’paġna 444, fil-Kapitolu 7, it-titolu,minflok: Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-moviment u għall-immaniġġjar tal-bajd għat-tifqis tal-għasafar miżmuma wara d-dħul fl-Unjoni u tal-għasafar miżmuma mfaqqsa minn dak il-bajd , aqra: Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-moviment u għall-immaniġġjar tal-bajd għat-tifqis tal-għasafar miżmuma fil-magħluq wara d-dħul fl-Unjoni u tal-għasafar miżmuma fil-magħluq imfaqqsa minn dak il-bajd ;
F’paġna 444, fl-Artikolu 116, it-titolu,minflok: Immaniġġjar tal-bajd għat-tifqis tal-għasafar miżmuma wara d-dħul tagħhom fl-Unjoni u tal-għasafar miżmuma mfaqqsa minn dak il-bajd għat-tifqis , aqra: Immaniġġjar tal-bajd għat-tifqis tal-għasafar miżmuma fil-magħluq wara d-dħul tagħhom fl-Unjoni u tal-għasafar miżmuma fil-magħluq imfaqqsa minn dak il-bajd għat-tifqis ;
F’paġna 444, fl-Artikolu 116, il-punt (b),minflok: (b) jiżguraw li l-għasafar miżmuma li jfaqqsu mill-bajd għat-tifqis tal-għasafar miżmuma msemmija fl-Artikolu 115 jinżammu fi stabbiliment approvat ta’ kwarantina skont ir-rekwiżiti tal-Artikoli 59 sa 61.,aqra: (b) jiżguraw li l-għasafar miżmuma fil-magħluq li jfaqqsu mill-bajd għat-tifqis tal-għasafar miżmuma fil-magħluq imsemmija fl-Artikolu 115 jinżammu fi stabbiliment approvat ta’ kwarantina skont ir-rekwiżiti tal-Artikoli 59 sa 61.;
F’paġna 502, fl-Anness XVI, fil-punt 4, il-frażi introduttorja,minflok: L-għasafar miżmuma jridu jiġu ttrasportati f’kontenituri li jkollhom l-indikazzjonijiet li ġejjin fuqhom:, aqra: L-għasafar miżmuma fil-magħluq iridu jiġu ttrasportati f’kontenituri li jkollhom l-indikazzjonijiet li ġejjin fuqhom:;
F’paġna 503, fl-Anness XVI, fil-punt 7, il-frażi introduttorja,minflok: Il-bajd għat-tifqis tal-għasafar miżmuma jrid jiġi ttrasportat f’kontenituri li jkollhom l-indikazzjonijiet li ġejjin fuqhom:, aqra: Il-bajd għat-tifqis tal-għasafar miżmuma fil-magħluq irid jiġi ttrasportat f’kontenituri li jkollhom l-indikazzjonijiet li ġejjin fuqhom:.
F’paġna 497, fl-Anness XIII, fil-punt 1, il-punt 14,minflok: (14) id-dispożizzjonijiet u r-restrizzjonijiet fuq il-movimenti tal-pollam imlaqqam u tal-prodotti tal-pollam derivati mill-pollam imlaqqam jew mill-għasafar miżmuma mlaqqma;,aqra: (14) id-dispożizzjonijiet u r-restrizzjonijiet fuq il-movimenti tal-pollam imlaqqam u tal-prodotti tal-pollam derivati mill-pollam imlaqqam jew mill-għasafar miżmuma fil-magħluq imlaqqma;;