Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 170 tat-12 ta' Mejju 2021)
- Identifier:
- 32021R0695R(04)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 170 tat-12 ta' Mejju 2021 )
Fil-paġna 13, Premessa (84), it-tieni sentenza,minflok: ... Għaldaqstant, il-Fond ta' Garanzija tal-Parteċipanti, li t-titlu tiegħu inbidel għal mekkaniżmu ta' assigurazzjoni reċiproka (il-Mekkaniżmu) jenħtieġ jitkompla u jitwessa' biex jilqa' korpi ta' finanzjament oħra b’mod partikolari inizjattivi skont l-Artikolu 185 TFUE. ..., aqra: ... Għaldaqstant, il-Fond ta' Garanzija tal-Parteċipanti, li t-titlu tiegħu inbidel għal mekkaniżmu ta' assigurazzjoni mutwa (il-Mekkaniżmu) jenħtieġ jitkompla u jitwessa' biex jilqa' korpi ta' finanzjament oħra b’mod partikolari inizjattivi skont l-Artikolu 185 TFUE...;
Fil-paġna 38, Artikolu 37, it-titolu,minflok: Mekkaniżmu ta' assigurazzjoni reċiproka, aqra: Mekkaniżmu ta' assigurazzjoni mutwa;
Fil-paġna 38, Artikolu 37(1),minflok: 1.B'dan huwa stabbilit mekkaniżmu ta' assigurazzjoni reċiproka (il-Mekkaniżmu) li għandu jissostitwixxi u jieħu post il-fond imwaqqaf skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013. Il-Mekkaniżmu għandu jkopri r-riskju assoċjat man-nuqqas ta' rkupru ta' somom dovuti mill-benefiċjarji:, aqra: 1.B'dan huwa stabbilit mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni mutwa (il-Mekkaniżmu) li għandu jissostitwixxi u jieħu post il-fond imwaqqaf skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013. Il-Mekkaniżmu għandu jkopri r-riskju assoċjat man-nuqqas ta’ rkupru ta’ somom dovuti mill-benefiċjarji:.