Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 435 tas-6 ta' Diċembru 2021)

Identifier:
32021R2117R(05)
Status:
effective
Text language:
mt

Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 435 tas-6 ta' Diċembru 2021 )

Fil-paġna 287, l-Artikolu 1, paragrafu emendatorju (26), il-paragrafu (b), l-aħħar paragrafu mhux enumerat,minflok: Għall-oġġetti li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera ġewwa dak it-territorju, il-grupp jew kwalunkwe operatur li jkun intitolat juża d-denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta għandu jkun intitolat iżomm lil kull parti terza milli tintroduċi, fl-ambitu ta’ operazzjonijiet kummerċjali, oġġetti fl-Unjoni mingħajr ma dawn ikunu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fit-territorju, meta tali oġġetti, inkluż l-ippakkjar, ikunu ġejjin minn pajjiżi terzi u jkollhom id-denominazzjoni protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta mingħajr awtorizzazzjoni., aqra: Għall-oġġetti li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera ġewwa dak it-territorju, il-grupp jew kwalunkwe operatur li jkun intitolat juża d-denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta għandu jkun intitolat iżomm lil kull parti terza milli tintroduċi, fl-ambitu ta’ operazzjonijiet kummerċjali, oġġetti fl-Unjoni mingħajr ma dawn ikunu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fit-territorju, meta tali oġġetti, inkluż l-imballaġġ, ikunu ġejjin minn pajjiżi terzi u jkollhom id-denominazzjoni protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta mingħajr awtorizzazzjoni..