Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-verifiki, il-garanziji u t-trasparenza (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 20 tal-31 ta’ Jannar 2022)
- Identifier:
- 32022R0128R(01)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-verifiki, il-garanziji u t-trasparenza (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 20 tal-31 ta’ Jannar 2022 )
F’paġna 170, fl-Artikolu 54, il-paragrafi (2) u (3),minflok: 2.Garanzija waħda f’daqqa tista’ tiġi sostitwita b’garanzija oħra f’daqqa bil-kundizzjoni li l-garanzija f’daqqa l-ġdida tkopri mill-inqas dik il-parti tal-garanzija f’daqqa oriġinali assenjata fi żmien is-sostituzzjoni biex jiġi żgurat l-issodisfar ta’ obbligu wieħed jew aktar mill-obbligi li jkunu għadhom pendenti. 3.Hekk kif parti minn garanzija f’daqqa tiġi assenjata għal obbligu partikolari, għandu jiġi nnotat il-bilanċ tal-garanzija f’daqqa li jifdal., aqra: 2.Garanzija komprensiva tista’ tiġi sostitwita b’garanzija komprensiva oħra bil-kundizzjoni li l-garanzija komprensiva l-ġdida tkopri mill-inqas dik il-parti tal-garanzija komprensiva oriġinali assenjata fi żmien is-sostituzzjoni biex jiġi żgurat l-issodisfar ta’ obbligu wieħed jew aktar mill-obbligi li jkunu għadhom pendenti. 3.Hekk kif parti minn garanzija komprensiva tiġi assenjata għal obbligu partikolari, għandha tittieħed nota tal-bilanċ tal-garanzija komprensiva li jifdal..